Sold out
- Sku: 9789918210893
- Vendor: Eduline
Riflesjoni Dwar Il-Gid Komuni
€40,00
Tax included.
Description
Ma tantx jinkitbu kotba dwar il-filosofija politika bil-Malti. Dan il-ktieb huwa tip ta’ tluq minn dik is-sitwazzjoni. Jidher ukoll li l-mod kif qed issir il-politika f’Malta, u wieħed jazzarda jgħid barra minn Malta, huwa wkoll xi ftit pragmatiku – iffokat iktar fuq is-sodisfazzjon tal-klijent u inqas dwar prinċipji. Dan il-ktieb huwa tentattiv umli sabiex jiftaħ diskussjoni dwar il-filosofija politika. Filwaqt li huwa indirizzat lejn kull min jinteressah jaqra dwar il-filosofija politika b’mod ġenerali u dwar il-ġid komuni b’mod partikolari, għandu jkun ta’ interess, wieħed jittama, għal dawk li jixtiequ jaħsbu iktar fil-fond jew iktar fil-wisa’ dwar dan is-suġġett. Hemm firxa wiesgħa ta’ persuni li jista’ jinteressahom jaqrawh: minn studenti universitarji li jixtiequ jiktbu fuq din it-tema sa politiċi li jridu ġabra analitika dwar dan il-kunċett li tant jissemma u fl-istess ħin jibqa’ tant misterjuż. Dan il-ktieb mhuwiex manwal ta’ x’għandu wieħed jaħseb jew x’għandu jagħmel, iżda huwa iktar suġġeriment ta’ kif wieħed jista’ jibda djalogu fil-politika fuq livell li mhuwiex dak ta’ konfrontazzjoni iżda wieħed ta’ kooperazzjoni. B’dan il-prinċipju bħala sinsla kunċettwali tal-proġett, l-awtur qasam l-analiżi tiegħu f’żewġ taqsimiet. L-ewwel taqsima tal-ktieb tanalizza l-interazzjoni bejn il-filosofija politika u l-ġid komuni mill-perspettiva ta’ għażla ta’ filosfi u movimenti. It-tieni taqsima tiffoka iktar fuq l-aspetti kunċettwali tal-ġid komuni. Dan il-ktieb intbagħat għall-pubblikazzjoni fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19. Kriżi li wriet kemm hemm ħtieġa ta’ politika u ekonomija differenti minn dik attwali, fejn mikrobu żgħir ġab għarkopptejhom gvernijiet ta’ pajjiżi kbar u farrak ekonomiji madwar id-dinja. Dan wera tassew li l-ġid komuni jibda minnek!
Delivery Times
- Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
- Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.
Fees & Exceptions
- Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
- Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
- Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.

Riflesjoni Dwar Il-Gid Komuni
€40,00
Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

