Skip to product information
  • Sku: 9789990918496
  • Vendor: eduline

Kelma Għal Kelma:Teżawru Tematiku Mal

€15,00
 per 
Tax included.
Shipping calculated at checkout.
In stock!
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

L-ewwel teżawru tax-xorta tiegħu bil-Malti Teżawru tematiku joffri vantaġġi kbar lil kull min ifittex fih. Vantaġġ ewlieni hu li l-kliem kollu marbut ma’ qasam partikolari jinsab qrib xulxin u mhux imxerred mal-erbat irjieħ tal-alfabett. Hekk jispikkaw aktar id-differenzi fit-tifsir, li xi drabi jistgħu jkunu sottili. Bit-tqassim alfabetiku, kliem bħal ċaqċaq, għadma, sinsla, skeletru u qarquċa jkun imferrex taħt erba’ ittri differenti filwaqt li f’dan it-teżawru jinsab miġbur flimkien u għalhekk hemm probabbiltà akbar li l-fittiex isib dak li jkun qed ifittex. Teżawru bħal dan huwa effettiv l-aktar għaliex iqegħedlek il-kliem fuq il-ponta ta’ lsienek, lest biex tużah. Mhux biss jgħin lil min irid jikkomunika jagħżel liema hi l-aktar kelma li tixraq fil-kuntest, iżda jiffaċilita wkoll il-proċess biex il-fittiex isib xi kelma li jeħtieġha u li għandu mnejn lanqas biss ikun jaf li teżisti. It-Teżawru huwa mqassam f’dawn it-temi: Il-familja u l-ħbieb Il-ġisem u l-kura tiegħu Id-deskrizzjoni fiżika Id-deskrizzjoni tal-karattru Is-sentimenti u l-emozzjonijiet Il-fażijiet tal-ħajja Madankollu min irid jista’ jfittex ukoll b’mod alfabetiku permezz tal-indiċi fit-tieni nofs tal-ktieb, u b’hekk ma tintilifx il-prattiċità li joffri l-alfabett. Dan it-teżawru tematiku huwa għodda ġdida li għandu jkollu kull min għandu l-Malti għal qalbu u jfittex li jikkomunika tajjeb li lsienna, fosthom: • l-istudenti f’livelli differenti li minbarra li jridu jkunu kapaċi jaqraw u jifhmu, huma mistennija jitħaddtu u jiktbu b’Malti tajjeb u idjomatiku; • l-istudenti li ma jafux il-Malti imma jixtiequ jitgħallmu l-vokabolarju ta’ temi partikolari; • il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-vokabolarju tagħhom biex jgħinu lil uliedhom; • l-għalliema li skont l-LFO għandhom jgħinu lill-istudenti jikkonsultaw f’teżawru; • il-kittieba, it-tradutturi, ix-xandara, il-ġurnalisti u kull min juża l-Malti biex jikkomunika. Ukoll, għall-ewwel darba fi ktieb Merlin, it-teżawru fih verżjoni online. Fil-ktieb stampat issibu kodiċi uniku li bih taċċessaw it-teżawru online. L-istruzzjonijiet kollha ssibuhom fil-ktieb stampat. * Il-verżjoni online xogħol Kurt Ellul, u ġiet iffinanzjata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Kelma Għal Kelma:Teżawru Tematiku Mal

€15,00
 per 

Ask in your own words: a gift for a 7-year-old who loves dinosaurs, a family game under €30, or everything on the school list.

See what we have that fits, with prices and what’s in stock. Ask for something cheaper, add what you like to your cart, and check out as usual.

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products