Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789995720667
  • Vendor: Eduline

Malti Ghall-Ezamijiet B'Pariri U Twegibiet!

€7,50
 per 
Tax included.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Product description

Charles Daniel Saliba għadu kemm nieda l-ktieb Malti għall-Eżamijiet b’Pariri u Tweġibiet! Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak taġġorna ruħek fil-grammatika Maltija, titgħallem ir-regolamenti tal-ortografija l-ġdida u tipprepara għal diversi eżamijiet fosthom l-eżami taċ-ĊES (O’Level), l-eżami tal-Profiċjenza fil-Malti għall-Għalliema Prospettivi tal-Primarja, l-eżami tal-Malti tal-Iskrivana u l-eżami tal-Malti tas-Suldati. L-ewwel sezzjoni tal-ktieb tispjega fid-dettall l-affarijiet komuni li jeżistu fl-eżamijiet tal-Malti fosthom il-komponiment ġenerali, it-taħriġ il-fehem u l-ittri. Għalhekk Saliba spjega u ta mudelli kif għandek twieġeb f’dawn it-taqsimiet u wara ta pariri lill-istudenti kif jistudjaw u x’iridu jagħmlu xħin jidħlu għall-eżamijiet biex imorru aħjar. It-tieni sezzjoni tal-ktieb hi reviżjoni grammatikali intensiva fejn l-istudent permezz ta’ worksheets jagħmel reviżjoni ta’ kull topik grammatikali mill-Form 1 sa 5. It-tielet taqsima hi taħriġ intensiv fuq l-iżbalji tal-ortografija biex l-ewwel nett l-istudenti jidraw ir-regolamenti l-ġodda li ħareġ il-Kunsill tal-Malti u t-tieni nett biex jaqtgħu darba għal dejjem l-iżbalji komuni li jsiru minn ħafna studenti. L-aħħar parti tal-ktieb titratta 4 eżamijiet differenti. Saliba joħroġ ċar il-fatt li għalkemm l-eżamijiet għandhom isem differenti tlieta minnhom għandhom l-istess format jiġifieri jekk student ikun ipprepara għall-eżami taċ-ĊES, ikun lest biex jagħmel l-eżami ta’ skrivan u ta’ suldat ukoll. Għalhekk student li qed jipprepara għaċ-ĊES jista’ jaħdem il-karti mudell tal-eżamijiet l-oħrajn l-ewwel nett għaliex la għandhom l-istess format ikun qiegħed jipprattika aktar u t-tieni nett biex ikun qiegħed jieħu idea ta’ x’livell ta’ Malti jirrikkjedi għal xogħlijiet li jista’ japplika għalihom fil-futur. Mill-banda l-oħra l-eżami tal-profiċjenza jista’ jinħadem minn kulħadd għaliex l-iskop tiegħu hu li kandidat jiġi ttestjat fuq l-ortografija, is-sintassi (binja tas-sentenzi), il-grammatika u l-idjoma tiegħu. Barra dawn, il-ktieb jinkludi wkoll 3 karti mudell tal-eżami taċ-ĊES (O’Level); 3 karti mudell tal-eżami tal-Profiċjenza fil-Malti; 3 karti mudell tal-eżami tal-Malti tal-Iskrivana; 3 karti mudell tal-eżami tal-Malti tas-Suldati; pjan ta’ studju għal kull eżami ttrattat; pjan kif tqassam il-ħin għal kull eżami ttrattat; sezzjoni bit-tweġibiet għal kull eżerċizzju li jinsab f ’dan il-ktieb, bit-tweġibiet tal-karti kollha inklużi u kitba aġġornata skont l-aħħar regolamenti tal-ortografija. Għal aktar informazzjoni ara l-websajt www.charlesdanielsaliba.com

Delivery

All orders received by noon are delivered within 48 hours (excluding Sundays and Public Holidays).

Orders from Gozo received from Monday to Thursday before noon will be delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).

Orders received on Friday, Saturday and Sunday will be delivered the following Monday / Tuesday.

DELIVERY FEE of €6 on all orders to Malta and Gozo under €50

IMPORTANT NOTE (CHRISTMAS PERIOD):

Orders received by the 21st of December will be delivered on the 22nd/23rd. Orders received on the 23rd and after will be delivered on the 28th of December.

IMPORTANT NOTE:

Personalised Rubber Stamp orders DO NOT qualify for next day delivery, for more info see the Personalised Rubber Stamp product description

View full details

Malti Ghall-Ezamijiet B'Pariri U Twegibiet!

€7,50
 per 

Recently viewed products