Malti Ghalina T-Tfal 4

EdulineSKU: 9789995720278

Price:
€6,50

Description

Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja. Dan il-ktieb huwa grammatika f’kuntest. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi stess. Eżattament wara s-silta hemm sezzjoni għad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop tagħha hu li twassal lill-istudenti għas-suġġett grammatikali u fl-istess waqt tgħin lill-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-taħriġ li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmijaawtoassesjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li għaddew u żgur li se tgħinhom jeżaminaw lilhom infushom u jaraw jekk fehmux l-ispunt tal-lezzjoni. Eżattament wara, hemm taħriġ supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, eċċ) li jgħinhom jesprimu ruħhom bil-miktub fit-tul. Fl-aħħar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkabbru l-istima tagħhom infushom u jitgħallmu l-iskop wara ċertu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-ħajja ta’ kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-tagħlim li permezz tagħha l-istudenti jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliċiment billi jagħtu daqqa t’għajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn żewġ għalliema li ggradwaw fil-Malti. Magħhom kien hemm tim ta’ għalliema oħra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li għenu lill-awturi jipperfezzjonaw il-ktieb.

Payment & Security

American Express Apple Pay Mastercard PayPal Visa

Your payment information is processed securely. We do not store credit card details nor have access to your credit card information.

Estimate shipping

You may also like

Recently viewed