Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789993275824
  • Vendor: Eduline

Kif Dieb Il-Gamiem

€20,00
 per 
Tax included.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

Konna qed nitkellmu fuq il-pases ta’ żmienu, meta Ġużepp bexxaq għajnejh, bħal meta xi ħadd irid iħares fit-tul, u b’diqa ta’ qalb kbira qalli: “Kif dieb il-gemiem!” Bħal ħafna li intervistajt għal dan il-ktieb, Ġużepp m’għadux magħna, imma kliemu spiċċa t-titlu ta’ dan il-ktieb. Kont għedtlu li hekk se nagħmel. “Hekk semmejh mela x’tagħmel, għax vieru dieb. Spuċċa. Ġie fix-xejn fi żmienna.” Bħal ħafna oħra, Ġużepp qalli li l-gamiem kien ilu jnaqqas u li missieru kien jgħid li nannuh kien jgħidlu: “Dun mhux gemeiem,” għax il-qtajjiet kienu ċkienu. Dan il-ktieb inkiteb fuq medda twila ta’ snin u ridt niddokumenta aspett li kien parti essenzjali mill-ħajja soċjali Maltija ta’ dak iż-żmien. Kien żmien ieħor, żmien li ntilef, bħalma kienu jintilfu dawn ir-rakkonti kieku ma ġbarthomx. Biex wieħed jgħid kollox dwar dak iż-żmien, kien ukoll żmien ċertu għaks, faqar u anke ġuħ. M’iniex se nidħol fl-argument dwar jekk konniex aħjar meta konna agħar. Li hu żgur hu li mhux il-gamiem biss naqas, imma anke l-għasafar naqsu ħafna wkoll. Bħalma dejjem qed jonqsu n-nies li jiftakru memorji bħal dawn. U appuntu għalhekk kien imprtanti li nagħmel ħilti li nikteb il-ġrajjiet li smajt, qabel ikomplu jonqsu n-nies li kienu lesti u kapaċi jirrakkontawhom.

Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Kif Dieb Il-Gamiem

€20,00
 per 

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products