Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789918200726
  • Vendor: Eduline - Books

Il-Politika Ta Hajti

€26,00
 per 
Tax included.
Shipping calculated at checkout.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

Lil Godfrey Pirotta jafuh ħafna nies. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur, storiku u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Promotur tat-trejdunjoniżmu u l-koperattivi. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb in-nies. L-istorja ta’ ħajtu mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll għajn ta’ ispirazzjoni għall-kotra. Ħajjet Godfrey hija rilevanti għax tħeġġeġ favur dak kollu li tabilħaqq jgħodd u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità li tintossika l-valuri universali u awtentiċi. Metodoloġikament dan ix-xogħol ma jistrieħx fuq ordni kronoloġika kif normalment huma mfassla l-bijografiji, imma huwa minsuġ fuq ordni tematika. It-temi joħorġu minn tnax-il virtù li fuqhom bena ħajtu l-protagonist tagħna. Il-biża’ u l-kuraġġ. Twemminu. Is-sens ta’ indipendenza. Il-ħtieġa tas-sempliċità. Il-fiduċja fin-nies. Il-pilastru tal-ġustizzja. L-għażla favur il-lealtà. L-impenn tiegħu fis-soċjetà. It-togħma ġentili tal-umoriżmu. L-għatx klubi għat-tagħlim. It-tfittxija għall-verità. L-imħabba għall-ħajja. Ilkoll huma valuri b’saħħithom u profondi; ilkoll imnisslin minn dak li hu tajjeb, pożittiv u sabiħ. Aktar milli jiftaħ tieqa fuq it-traġitti ta’ ħajjet Godfrey Pirotta, dan il-ktieb iżjed ibexxaq ventilatur fuq id-dinamika ta’ moħħu. Il-filosofija u l-ideoloġija tiegħu huma mgħarbla minn għemilu u d-deċiżjonijiet li ħa fuq medda ta’ sebgħin sena. Kif jaħsibha fuq is-soċjetà? X’inhu għalih il-poter? Għaliex tħabbeb mal-politika? Liema ideali jħaddan u kif laħħamhom fl-għażliet li għamel? X’inhi l-imħabba għalih u kif ipprova jifhem il-verità? Dan huwa xogħol ta’ xjenza politika daqskemm huwa letteratura bijografika. It-tnax-il kapitlu tal-ktieb jesponu l-manifest li fuqu Godfrey fassal u wettaq il-politika ta’ ħajtu.

Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Il-Politika Ta Hajti

€26,00
 per 

Ask in your own words: a gift for a 7-year-old who loves dinosaurs, a family game under €30, or everything on the school list.

See what we have that fits, with prices and what’s in stock. Ask for something cheaper, add what you like to your cart, and check out as usual.

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products