Sold out
- Sku: 9789995796242
- Vendor: Eduline
L-Ekonomija F'Ilsien Ix-Xjenza U L-Filosofija
€28,00
Tax included.
Description
Dan huwa ktieb għal kollox differenti minn ħafna oħrajn dwar l‑ekonomija li nkitbu bl‑ilsien Malti dwar l-ekonomija f’pajjiżna… u dwar l-ekonomija fil-fatt għandna ftit li xejn kotba bil-Malti. Huwa studju li jeżamina ħafna ideat, prinċipji, prattiċi, argumenti u kunċetti dwar il-ħsieb u l-ħajja ekonomika. Il-metodu huwa dak ta’ analiżi u interpretazzjonijiet ta’ mġiba ta’ parteċipanti, dawk spiss imsejħa l‑istakeholders. L-analiżi hija fuq kollox f’forma mhux biss predominentement filosofika, iżda li anki spiss tirrikorri għal għodda mid-dinja tax-xjenza,tal-inġinerija u tat-teknoloġija. Għal żmien twil kemm ekonomisti kif ukoll filosofi fittxew tweġibiet għal mistoqsijiet inkwetanti dwar jekk it-teorija ekonomika, kif komunement mibnija, hix strument utli u siewi biżżejjed għall-akkwist ta’ miri soċjali ta’ kull tip. L-awtur hawnhekk jikkunsidra l-kunċett innifsu ta’ dawn il-miri, u l-possibilità li rikostruzzjoni tat-teorija ekonomika fid-dawl ta’ analiżi soċjofilosofika, tista’ tirrendiha għodda aħjar lejn miri soċjali. Din id-diskussjoni hija waħda intensiva u profondament kritika, u titlob mill-qarrej livell għoli ta’ impenn jew sforz intellettwali.
Delivery Times
- Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
- Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.
Fees & Exceptions
- Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
- Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
- Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.

L-Ekonomija F'Ilsien Ix-Xjenza U L-Filosofija
€28,00
Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

