Baruni Ta Hal Qormi

EdulineSKU: 9789995720537

Price:
€7,95

Description

L-istorja, li tiżvolgi f’Ħal Qormi, tibda bit-tmasħin tal-Baruni Samwel Fornaro mal-kappillanDun Ġużepp Vella, qassis għaref u tal-iskola. Il-Kappillan xtaq jistieden lill-Gran Mastru Pinto għall-festa ta’ San Ġorġ ħalli b’hekk ikollu skuża biex jitolbu l-isem ta’ Città Pinto, għal Ħal Qormi. Imma l-Baruni kien jippretendi li hubiss kien il-kap ta’ Ħal Qormi, u lil Pinto ma ridux hemm. Biex tagħqad, is-Sa Girlanda, omm il-Baruni, qatt ma rat għajn m’għajn ma’ binha, immaqabbdu lilha biex tmur għand Pinto u titolbu ċ-‘Città’. Il-baruni kien għarus lil Imperia Elena Desos. F’dil-familja Desos kien hemm ukoll il-KavallierMattew, mastrudaxxa prim, li kien qed jahdem il-bradella ghall-vara l-gdida ta’ San Ġorġ. Ħal Qormi kien joqgħod ukoll il-Lhudi Ħanani li kien magħruf li jħejji l-ilma tal-ħajja(l-eliksir), u li daru kienet isservi wkoll ta’ Sinagoga. F’nofs l-istorja jidħol ukoll ċurkett bħala karattru sieket imma mqareb għall-aħħar.Il-festa ta’ San Ġorġ waslet, u Pinto ġie u ħa sehem. Il-Buċaqq u xi erba’ oħra miegħu għamlufesta jħabbtu fuq il-landi. Fil-25 ta’ Mejju 1743, Pinto fl-aħħar laqa’ t-talba tal-Qriema għal Città Pinto. Imma din makellhiex tkun l-ewwel u l-aħħar dehra tal-Gran Mastru fil-belt tiegħu. Is-Sindku, imlaqqam il-Bażugri, ried jaħtaf lil Imperia Elena minn taħt il-ħakma tal-baruni.Għawdex jidħol sewwa wkoll fl-istorja minħabba l-Kapuċċini Patri Raniero u Patri Antonin.
Fi ftit kliem dan hu rumanz ta’ ġrajjiet ma jaqtgħux, u ta’ xeni kavallereski li dak iż-żmienkienu dehriet ta’ kuljum f’dil-gzira tagħna.
Il-leblieba tal-qarrej hi dwar x’se jiġri mill-Farfett, Lorenza, Imperia, iż-żewg ilsiera u fuqkollox mill-baruni. U ċ-ċurkett? Fis-silenzju tiegħu għadda minn ħafna tribulazzjonijiet ubiddel idejn mhux ħażin. Imma fl-aħħar fejn sab ruħu?

Payment & Security

PayPal

Your payment information is processed securely. We do not store credit card details nor have access to your credit card information.

You may also like

Recently viewed