Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789918200610
  • Vendor: Eduline

Lehen Mix-Xaghri Mahqur

€16,00
 per 
Tax included.
Shipping calculated at checkout.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

Paul P. Borg qatagħha li jkattar il-valuri tal-letteratura Maltija meta jitkellem f’isem il-magħkus. U f’dawk il-valuri tidher ix-xewqa li l-awtur irid isir bniedem aħjar billi jkun aktar ġenwin miegħu nnifsu.

Borg għandu relazzjoni mal-ambjent. Jidher ambjentalist. U dan il-ktieb, Leħen mix-Xagħri Maħqur: Paul P.Borg bl-Ekofilosofija Letterarja, (fost ħwejjeġ oħra) jipprova jifli ftit kif il-letteratura li jikteb Borg tippriserva din l-identità ambjentalista. Imma fil-proċess jikxef il-ħajja ġewwiena f’xogħol l-awtur. Huwa studju organizzat madwar il-letteratura u jikxef il-karatteristiċi tal-istil mentali. Fil-programm għal-letteratura tiegħu l-kelma ssir strument ta’ qawwa u ċarezza fis-servizz tal-kontemporanjetà skont kif jifhimha Borg. Il-kitba tiegħu taqdi ħtieġa għax tesplojtja kondizzjonijiet ta’ mentalità kontemporanja u kull darba toffri perċezzjoni li tħassibna fuq il-mod ta’ ħajja u burdati li nsibu fostna fi żmienna. U mix-xejriet li jixirfu mil-letteratura tiegħu (li spiss tipprova tmerrek il-ħsieb konvenzjonali jew kollettiv) nistgħu nkomplu nikkaratterizzaw lilna nfusna llum.

Il-funzjoni ta’ Borg fil-letteratura dejjem tixpruna lill-qarrejja lejn l-eżistenzjaliżmu li jitlob għarfien ta’ xi ħaġa. L-awtur huwa konxju tal-kontemporanjetà tiegħu, u la hemm l-għarfien hemm il-kewn. U l-għarfien (ukoll bħala perċezzjoni) isir fih innifsu l-eżistenza tiegħu fl-isfond tal-kontemporanjetà. Huwa minħabba dan l-għarfien li Borg jaqbeż għan-natura mifġura u jaqbeż għall-umanità muġugħa. L-umanità muġugħa tista’ tkun tarbija riesqa lejn it-tbiċċir qabel ma tixref mill-ġuf, tfajla li tkun irrejpjata għax sabiħa, ġuvni li jgħaddi minn moħqrija ta’ ġenn minħabba t-tendenzi sesswali tiegħu, u bniedem li jkun maħqur jew imxaħħat għax kulturalment differenti. Kull meta xi xejra tal-umanità tkun imkagħbra, imkasbra, imriegħxa, jew imsawta – f’kelma waħda, maħqura – Borg isemma’ leħnu kontra l-kefrija, kontra kull għafsa ta’ ħruxija.

Il-Professur Charles Briffa għallem il-Letteratura Maltija u t-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, studjuż tal-Malti, u traduttur.


Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Lehen Mix-Xaghri Mahqur

€16,00
 per 

Ask in your own words: a gift for a 7-year-old who loves dinosaurs, a family game under €30, or everything on the school list.

See what we have that fits, with prices and what’s in stock. Ask for something cheaper, add what you like to your cart, and check out as usual.

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products