Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789918200665
  • Vendor: Eduline

Kwarantina

€15,00
 per 
Tax included.
Shipping calculated at checkout.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u għadha tirbombja fost il-ġnus u l-ilsna tagħhom tul din l-aħħar sena u nofs hija kwarantina. L-imxija tal-virus qerried kienet u għadha l-kaġun, hekk kif il-bniedem beda jara kif se jeħodha ma’ dan is-saram ġdid li ħlief imwiet, telf ta’ impjiegi u tkissir ta’ ekonomiji madwar id-dinja ma żerax. Il-ħtieġa tal-kwarantina kienet minnha nnifisha l-aħjar mogħdija lejn il-ħelsien mit-theddida, lejn l-irxuxtar minn tbatijiet fiżiċi, u lejn il-ħarsien tal-maħbubin u l-għeżież tagħna. Il-kwarantina ta’ Jim Crace mhix nieqsa mill-passi ġeblija ta’ din il-mogħdija. Iżda fiha hemm sfida spiritwali, magħġuna fl-immaġinazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruħu b’mod li jsaħħrek. X’aktarx anki jaħsdek, kultant forsi anki jgħaddbek. Il-kwarantina ta’ Ġesù Kristu fid-deżert, il-karattri kważi surrealistiċi li hemm miegħu jaqsmu l-għatx u l-ġuħ tax-xgħari mbiegħda jiffurmaw stampa li ma titilqekx għal waqt wieħed. F’dawn ix-xeni ta’ sikwit issib u tilmaħ bċejjeċ minn Malta jfeġġu quddiemek. In-nixfa. Il-ħxejjex. L-ilwien. Ix-xtieli. Ir-reżħa. Is-sħana. L-emozzjoni. Għal Charles Flores, din it-traduzzjoni kienet bħal leħħa ta’ berqa f’waqt opportun. Bejn twemmin u nuqqas – jew tmermir – ta’ twemmin hemm baħar jaqsam u għexieren ta’ interpretazzjonijiet. Hu żgur li fil-qasam tal-kitba bil-Malti x’aktarx li ma kellna qatt xogħol daqstant provokattiv u ħawtiel li jmiss mill-qrib u b’daqshekk intensità l-aspett tal-bniedem u t-twemmin tiegħu, ir-ritwali u t-tradizzjonijiet, l-inżul u t-tlajja’ tas-soċjetà, l-imħabba ta’ veru u l-qerq, it-tfittxija dejjiema għal xi ħaġa … kollha kemm huma maqbudin f’kitba qawwija fin-nisġa, tgħum fil-metafora u tgħinek taħseb, tipprova tifhem u tħares lejn ħajtek minn lentijiet għal kollox differenti minn xulxin.

Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Kwarantina

€15,00
 per 

Ask in your own words: a gift for a 7-year-old who loves dinosaurs, a family game under €30, or everything on the school list.

See what we have that fits, with prices and what’s in stock. Ask for something cheaper, add what you like to your cart, and check out as usual.

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products