Skip to product information
  • Sku: 9789995796310
  • Vendor: Eduline

Il-Ktieb Tal-Malti Fil-Livel Avvanzat U Intermedju - Taghrif U Tahrig 1

€19,95
 per 
Tax included.
Shipping calculated at checkout.
In stock!
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Description

Dan huwa ktieb immirat għal dawk l-istudenti u persuni oħra interessati li qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-MATSEC Malti fil-Livelli Avvanzat u Intermedju, is-sillabu l-ġdid li l-ewwel sessjoni tiegħu se ssir fis-sena 2021. Il-materjal f’dan il-ktieb jipprepara lill-istudenti għat-tieni karta (Livell Avvanzat) li tinqasam hekk: Taqsima A: għażla ta’ 20 poeżija minn Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel ta’ Oliver Friggieri; Taqsima B: għażla ta’ 20 poeżija minn Xi Drabi Mqar Persuna ta’ Simone Galea; Taqsima Ċ: analiżi kritika ta’ poeżija jew silta narrattiva fittizzja. Is-sabiħ ta’ ktieb bħal dan huwa l-fatt li hu kollaborazzjoni bejn żewġ għalliema ewlenin ta’ oqsma ta’ tagħlim varju, Patrick J. Sammut u Tarċisju Zarb. Dan il-ktieb jipprovdi lill-qarrejja saġġi introduttivi, flimkien ma’ kumment individwali magħmul minn analiżi tematika u stilistika, u parafrażi għal kull waħda mill-erbgħin poeżija inkwistjoni; tabelli riassuntivi fejn il-poeżiji huma kklassifikati skont temi speċifiċi, ta’ natura tematika u stilistika għal kull poeżija magħżula. Hemm ukoll tagħrif ġenerali dwar it-twelid u l-iżvilupp tal-moviment femminista, dwar nisa li għamlu isem fil-qasam intellettwali u femminista, u anki lista parzjali ta’ poeti nisa Maltin. Jiġu inklużi wkoll mistoqsijiet li jgħinu lill-istudenti tal-Malti Avvanzat u Intermedju jirriflettu u jipproduċi l-materjal tagħhom bħala parti mill-proċess ta’ preparazzjoni għall-eżami, imma anki tal-għarfien ta’ testi letterarji importanti li jintrabtu mas-seklu 20 u bidu tas-seklu 21. Fit-tielet u r-raba’ taqsima huma inklużi żewġ introduzzjonijiet dwar kif jinbnew il-komponimenti ta’ analiżi kritika tal-poeżija u tan-narrattiva, flimkien ma’ komponimenti mudell li juru fil-prattika kif għandhom isiru eżerċizzji ta’ analiżi kritika bħal dawn. L-istudenti tal-Malti Intermedju għandhom jikkonċentraw fuq il-materjal li jirrigwarda l-poeżiji ta’ Simone Galea. Fl-aħħarnett, il-qarrejja jsibu wkoll bibliografija qasira ta’ testi li jkomplu jgħinuhom biex jifhmu aħjar it-testi inkwistjoni u jissaħħu iktar fl-għarfien tal-letteratura Maltija.

Delivery

Delivery Times

  • Weekday Orders (Mon-Thu): Orders for Malta & Gozo received by noon are delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).
  • Weekend Orders (Fri-Sun): All orders are delivered the following Monday or Tuesday.

Fees & Exceptions

  • Delivery Fee: A €6 fee applies to all Malta & Gozo orders under €50.
  • Personalised Stamps: These items do not qualify for next-day delivery. Please see the product description for more information.
  • Christmas Period:Orders by Dec 21st will be delivered Dec 22nd/23rd.Orders on/after Dec 23rd will be delivered Dec 28th.
View full details

Il-Ktieb Tal-Malti Fil-Livel Avvanzat U Intermedju - Taghrif U Tahrig 1

€19,95
 per 

Ask in your own words: a gift for a 7-year-old who loves dinosaurs, a family game under €30, or everything on the school list.

See what we have that fits, with prices and what’s in stock. Ask for something cheaper, add what you like to your cart, and check out as usual.

Design online in minutes and get it delivered to your door in just 48 hours.

Recently viewed products