{"product_id":"passju-9789918211098","title":"Passju","description":"\u003cp data-mce-fragment=\"1\"\u003eIr-riħ li kien ġej mit-Tramuntana kien kessaħ kullimkien u kien qed iġorr miegħu kull xorta ta’ imbarazz. Deher il‑bieb ta’ darha jitbexxaq. Figura kemxejn abbattuta dehret tixref ’il barra. Eva. Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil‑mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju?\u003c\/p\u003e\n\u003cp data-mce-fragment=\"1\"\u003eL-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha – is-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward.\u003c\/p\u003e\n\u003cp data-mce-fragment=\"1\"\u003eWara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il‑Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha. Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verità? Tgħid is‑Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is‑suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha?\u003c\/p\u003e\n\u003cp data-mce-fragment=\"1\"\u003eDan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali, li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżità sa xħin finalment tinkixef il-verità. Imma x’inhi l-verità? X’inhi l-vera mħabba?\u003c\/p\u003e\n\u003cp data-mce-fragment=\"1\"\u003ePassju…\u003c\/p\u003e","brand":"eduline","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":39641732481200,"sku":"9789918211098","price":14.95,"currency_code":"EUR","in_stock":false}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/0412\/1621\/3145\/products\/Passju-BDL-Books-COver.jpg?v=1619449256","url":"https:\/\/edulinemalta.com\/products\/passju-9789918211098","provider":"Eduline Malta","version":"1.0","type":"link"}