{"product_id":"it-tezor-ta-klement-joseph-debono-9789918230440","title":"It-Tezor Ta Klement - Joseph Debono","description":"Joseph Debono, attur komiku u kittieb maħbub ferm mal-Maltin, speċjalment għar-rwol tiegħu bħala James Bondin fuq il-programm Xarabank, ħalliena fl-età ta’ 63 sena fis-27 ta’ Ottubru 2021. Is-sena l-oħra kien ippubblika l-ktieb “Iz-Ziju Manwel” proġett li kien ħadem fuqu meta kien jaf li kien marad bil-kundizzjoni tal-ALS.L-aħħar ktieb tiegħu, It-Teżor ta’ Klement, kien miktub bl-għajnuna ta’ special eye-recognition programme minħabba l-kundizzjoni kritika li kien jinsab fiha minħabba l-ALS.Meta Paul irċieva l-ittra tan-nutar fuq il-Golden Dawn, qatt ma basar li kienet se tqalliblu ħajtu daqshekk.Dan l-aħħar kien sab ftit kalma mal-ħbieb, l-Ingilterra, wara t-taħwid li kien għex fl-aħħar snin. Iżda issa se jkollu jiġi lura Malta. Iz-Ziju Klement, insomma iz-ziju t’ommu, miet, u Paul kellu sehem fil-wirt.Minbarra dak li ħallielu, iz-ziju jsemmilu li hemm ukoll teżor, u ħallielu ħjiel, ftit misterjuż, biex ikun jista’ jfittex it-teżor. Din it-tfittxija tieħu lil Paul ġirja ma’ siti storiċi madwar Malta. Mhux waħdu. Għax Klement, mill-qabar, ilaqqgħu wkoll ma’ Katarin, it-tfajla li kienet tmur tgħinu.Bl-għajnuna ta’ Katarin, it-tfittxija ssir aktar ħafifa u jieħdu aktar gost jagħmluha flimkien. Tgħid jilħqu jsibuh it-teżor qabel ma Paul ikollu jmur lura l-Ingilterra?","brand":"Eduline - Books","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":42066147180776,"sku":"9789918230440","price":12.95,"currency_code":"EUR","in_stock":false}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/0412\/1621\/3145\/files\/Tezor-Ta-Klement_cfb7bd88-f7cb-406b-aac0-2d76600a1348.jpg?v=1757394409","url":"https:\/\/edulinemalta.com\/products\/it-tezor-ta-klement-joseph-debono-9789918230440","provider":"Eduline Malta","version":"1.0","type":"link"}