Skip to product information
Sold out
  • Sku: 9789995775759
  • Vendor: Eduline

Laudemus Viros Gloriosos

€35,00
 per 
Tax included.
Spend €50,00 to FREE SHIPPING

Product description

Dan hu ktieb li fih aktar minn mija u għaxar ġrajja ta’ patrijiet Agostinjani li għamlu isem bejn l-1400 u s-sena 2000. Iżda dawn ir-rakkonti jmorru lil hinn mis-soltu biografiji qosra ta’ personaġġi tal-imgħoddi.

Dawn huma ġrajjiet mimlija anedotti dwar ħajjet kull wieħed minn dawn il-patrijiet, kemm jekk dawn seħħew f’Malta jew f’Għawdex u kemm jekk ġraw lil hinn minn xtut Malta.

Huma wkoll ġrajjiet ta’ esperjenzi personali ta’ x’kien jintqal dwar dawn il-patrijiet li isimhom jidher f’dan il-ktieb. B’hekk l-istejjer irrakkontati f’dan il-ktieb m’humiex biss frott ta’ riċerka fl-arkivji, anki jekk l-arkivji huma importanti biex setgħu jinkitbu il-ġrajjiet ta’ ħafna minn dawn il-personaġġi li kienu ntesew għal kollox.

Dan huwa ktieb li jfittex ir-raġunijiet storiċi għal numru ta’ ġrajjiet li kienu għaddew minnhom dawn il-patrijiet u għala ħafna minnhom spiċċaw jitfakkru bi kwadri taż-żejt. Dan hu ktieb li jispjega l-bidu ta’ din id-drawwa li jsir kwadru għal xi patri u janalizza l-evoluzzjoni kollha ta’ din id-drawwa sal-wasla tar-ritratti fotografiċi.

Dan il-ktieb jitfa’ dawl fuq is-sistema pedagoġika wżatha minn dawn il-patrijiet u juri l-organizzazzjoni interna li kienet teżisti fl-imgħoddi fi ħdan din il-komunità, fejn fi żmien meta s-safar kien diffiċli, studenti li juru inklinazzjoni għat-tagħlim kienu jintbagħtu jistudjaw barra minn xtutna. Ħafna drabi dawn kienu jmorru fl-Italja, b’mod partikolari fi Sqallija. Kienu jitkissru fit-Taljan u l-Latin. X’uħud kienu anki jitgħallmu u jsiru esperti tal-Għarbi. It-tagħlim tat-Taljan, il-Latin u l-Għarbi għenhom jiżviluppaw il-kunċett ta’ ‘patria’ li kienet tfisser titgħallem kif tħobb lil pajjiżek. Ikunu dawn il-patrijiet li l-aktar li baqgħu magħrufa għal mod kif ħaddmu l-ilsien Malti u ħallew warajhom kitbiet letterarji u oħrajn ta’ natura reliġjuża kemm f’ilsien arthom u anki f’ilsna oħra. Dan il-ktieb jwassal dawn il-ġrajjiet minsija biex l-għemejjel ta’ dawn l-irġiel jibqgħu mfakkra.

Delivery

All orders received by noon are delivered within 48 hours (excluding Sundays and Public Holidays).

Orders from Gozo received from Monday to Thursday before noon will be delivered within 48 hours (excluding Public Holidays).

Orders received on Friday, Saturday and Sunday will be delivered the following Monday / Tuesday.

DELIVERY FEE of €6 on all orders to Malta and Gozo under €50

IMPORTANT NOTE (CHRISTMAS PERIOD):

Orders received by the 21st of December will be delivered on the 22nd/23rd. Orders received on the 23rd and after will be delivered on the 28th of December.

IMPORTANT NOTE:

Personalised Rubber Stamp orders DO NOT qualify for next day delivery, for more info see the Personalised Rubber Stamp product description

View full details

Laudemus Viros Gloriosos

€35,00
 per 

Recently viewed products